“Jum Li Qatt Ma Ninsa’… Il-Jum Li Tlifnik Bl-Aktar B’Mod Brutali”

“It-3 ta’ Ottubru huwa l-jum li qatt m’aħna se ninsew. Il-jum li int u numru ta’ annimali oħra minn tagħna ħallewna bl-aktar mod brutali li wieħed jista’ jimmaġina.”
Hekk kiteb fuq il-paġna ta’ facebook, Wildlife Park Malta, meta fakkar il-memorja ta’ wieħed mil-leopardi flimkien ma’ sħabu l-annimali l-oħrajn li proprju tliet snin ilu tilfu ħajjithom f’nirien li ħakem lill-istess park.
Dakinhar, mingħajr ebda ħjiel jew idea kif seħħ l-inċident, il-park inħakem minn nirien kbar bis-sidien tal-istess park li jgħixu fl-istess post salvaw kemm felħu annimali iżda għal uħud minnom kien tard wisq.
Fuq il-paġna ta’ facebook l-istess park kiteb kif għalkemm jafu li m’għadhomx magħhom fiżikament, il-preżenza tagħhom tinħass u jafu li qed jipproteġġuhom u kienu ta’ għajnuna biex waslu fejn jinsabu llum.
Madanakollu, taqblu li annimali ta’ din ix-xorta jinżammu f’postijiet hekk f’pajjiżna? Taħsbu li hu posthom?