“Katriel Huwa Sors Ta’ Ispirazzjoni” – Il-Prim Ministru

 “Katriel Huwa Sors Ta’ Ispirazzjoni” – Il-Prim Ministru

“Katriel huwa sors ta’ ispirazzjoni għal bosta Maltin u Għawdxin.”

Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela meta kiteb dwar iż-żjara ħelwa li kellu minn Katriel. Hu spjega kif dan iż-żagħżugħ seraq il-qlub tan-nies u huwa tifel diterminat, ta’ kuraġġ u jħaddan sens qawwi ta’ pożittivitá.

Katriel Zahra huwa żaħgżugħ ta’ 15-il sena li għadu jissielet mal-marda rari Lupus.

Katriel ilu sa minn meta kellu tliet snin jissielet ma’ din il-marda li kawża tagħha jkollu ta’ spiss imur l-isptar jieħu injezzjonijiet speċjalizzati biex jattakkaw din il-marda li taffettwalu t-taħdit minħabba ulċeri fil-ħalq, ġieli jaqagħlu xagħru u anki jkollu problemi biex jimxi.

Iżda minkejja dan kollu, xejn ma jwaqqaf lil Katriel milli jwettaq il-ħolm tiegħu kif ukoll milli jkompli jistudja u jaspira biex isir parrukkier.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com