Kellimhom Bil-Kwiet u Sfidawh…

Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima esprima d-diżappunt tiegħu fuq il-midja soċjali għal grupp partikolari li wara li ftit ġranet ilu mar u kellimhom bil-kwiet, injorawh u reġgħu ħallew kullimkien żibel.
“Però sfortunatament injoraw dak kollu li spjegajtilhom, b’hekk għaddejna l-filmati meħuda mill-kameras li hemm madwar il-kunsill lill-Pulizija”, saħaq is-Sindku.
Tenna li dan huwa wieħed minn ħafna postijiet li sfortunatament hemm grupp ta’ nies li ma jirrispettawx l-ambjent li joffri.
Nikkundannaw attitudnijiet bħal dawn.
Ritratt: Facebook/ Dominic Grima