“… Kelli Stima Lejk Però Nħoss Li Abbandunajtna…” – Tikteb Ittra lill-Profs. Charmaine Gauci

 “… Kelli Stima Lejk Però Nħoss Li Abbandunajtna…” – Tikteb Ittra lill-Profs. Charmaine Gauci

F’ittra miftuħa u pubblika l-preżentatriċi Christine Haber kitbet lill-Professur Charmaine Gauci fejn appellat għas-smiegħ ta’ persuni bħalha li jistgħu jgħinu lil kulħadd.

Tenniet li ħadmet fil-qrib magħha, li għandha stima u rispett lejha “Pero nħoss li abandunajtna. Din mhix kwistjoni politika u s-saħħa tal-poplu għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox,” kitbet Haber.

Fakkret li l-Professur Gauci appellat għas-sens komun, li sfortunatament hawn ħafna min m’għandux u minħabba f’hekk, ħaddieħor ikollu joqgħod għall-ħniena tan-nies bla sens komun.

“Jeħtieġ li l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri meħtieġa llum qabel għada għaliex dawn l-imwiet m’huma xejn ħlief riżultat ta’ rjus imwebsa u ala biebiżmu sfrenat”, temmet tgħid Christine waqt li ffimar bħala ‘waħda mill-poplu.’

Ritratt Charmaine Gauci: Gareth Degiorgio

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com