Kieku Ssuq Minn Taħtha Bil-Karozza?

 Kieku Ssuq Minn Taħtha Bil-Karozza?

Ġieli kont qed issuq u f’daqqa u l-ħin tara xi ħaġa mdendla, tinġarr minn fuq rasek?

Hekk ġralu l-fotografu Malti, Rene Rossignaud, waqat li kien qed isuq viċin Ħaż-Żebbuġ.

Rossignaud tella’ ritratt ta’ ġarr ta’ ħadid li beda jinġarr b’xi tip ta’ krejn minn fuq karozzi li kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni lejn ir-roundabout ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Hu fakkar kif wieħed għandu jitgħallem minn diżgrazzji passati u ma jwettaqx atti bħal dawn li jafu jpoġġu fil-periklu l-ħajja ta’ ħaddieħor.

Fil-messaġġ tiegħu staqsa lis-segwaċi tiegħu jekk jgħażlux li jsuqu minn taħt din ix-xena jekk ikollhom lil uliedhom fil-karozza magħhom.

Temm billi qal li sfortunatament atti hekk m’huma xejn ħlief mentalitá tat-tielet dinja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com