Kif Bdiet Il-Festa Tal-Madonna Tar-Rużarju F’Malta?

 Kif Bdiet Il-Festa Tal-Madonna Tar-Rużarju F’Malta?
Kien fl-1565 meta Malta sfat assedjata mill-Imperu Ottoman. Dan kien l-Assedju l-Kbir. It-Torok riedu jattakkaw lil Ruma fil-futur. Il-pjan li jieħdu Malta taħt idejhom ma rnexxiex.
Iżda 5 snin wara, irnexxielhom jieħdu f’idejhom lil Ċipru.
Fis-7 t’Ottubru tal-1571, flotta Kristjana salapt biex taffronta lit-Torok f’Lepanto. Il-membri tal-ekwipaġġ li kienu jammontaw għal madwar 200 persuna, irreċtaw it-talba sabiħa tar-Rużarju. Dan sar ukoll fil-knejjes Ewropej wara inkoraġġiment mill-Papa Piju V.
Jinghad li Piju V b’mod mirakoluż ra l-viżjoni tar-rebħa kontra t-Torok. Dakinhar, it-Torok minn madwar 300 xini, kienu salvaw biss 13.
B’hekk, is-7 t’Ottubru ġiet iddikjarata bħala l-Festa tal-Madonna tar-Rużarju mill-Papa Piju V. Bla dubju, Malta kienet tal-ewwel li ħadet din il-festa bis-serjetà u bdiet torganizzaha fuq livell nazzjonali tant li għadha ssir sal-lum.
Ritratt: Canning Liturgical Arts
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com