Kif Taħsbu Li Se Jkun Il-Milied Tas-Sena 2020?

 Kif Taħsbu Li Se Jkun Il-Milied Tas-Sena 2020?

Diġà hawn bosta ħwienet li bdew jarmaw il-vetrini tagħhom. Minn Ottubru diġà għaddew kważi jumejn… iż-żmien itir u bħal donnu bħalissa, ħafna jixtiequ li jgħaddi iżjed malajr forsi xi darba neħilsu minn din il-pandemija.

Is-soltu, għalkemm għadu ftit iż-żmien, ikun hemm min diġà beda jippjana x-xahar ta’ Diċembru. festini, ikliet, safar u mitt elf ħaġa oħra. Imma din is-sena kif se rikun il-Milied?

X’inhu x-xenraju li wieħed ibassar? Kollox jiddependi kif ser tinbidel is-sitwazzjoni tal-pandemija Covid-19; kemm f’pajjiżna u anke barra minn xtutna. Li niltaqgħu fi gruppi kbar kif aħna mdorrijin irridu ninsewha.

L-għidut tan-nies anke minn ġo Strada Rjali ivarja; hemm min huwa tal-fehma li din is-sena ser iqattgħu l-aktar Milied kwiet u seren għaliex ser jinġabru fid-djar tagħhom imdawrin mal-familji għeżież. Oħrajn qed jgħidu li se jarmaw iżjed ħalli jgħaddu l-ħin. Hemm min qed iħossu Milied stramb għax mhux ser igawdi l-ikliet u x-xalar tas-soltu.

Inti kif ser tqattgħu dan il-Milied? Diġà qed taħseb jew ser timxi jum b’jum?

Ritratt: The Irish Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com