“Kif Tistgħu Tgħidu Lin-Nies Stupidi Għax Ibatu Bin-Nifs U Ma Jistgħux Jieħdu Nifs Sew Bil-Maskra?!”
Mara li kkummentat fuq Facebook dwar kif uħud isibuha diffiċli li jilbsu l-maskra minħabba raġunijiet ta’ saħħa, spiċċat qalgħet ħassla mingħand bosta li għażlu li jiġġudikawha.
Dan hekk kif hi kitbet kif minkejja li tifhem li importanti ħafna li wieħed jilbes il-maskra f’dawn iż-żminijiet straordinarji, sfortunatament hemm min minkejja jixtieq li jsegwi kif inhu impost fuqu, isibha diffiċli ħafna hekk kif ikun ibati min-nifs u meta jilbes il-maskra jispiċċa jaqta’ nifsu ferm aktar malajr.
Iżda dawk li raw il-kumment ma tantx taw każ li hawn persuni li jbatu minn xi kundizzjoni jew forsi għandhom raġunijiet personali, hekk kif spiċċaw attakkawha u kitbu kif nies li jirraġunaw hekk huma rresponsabbli u kif huwa kawża ta’ nies hekk li l-virus qed jinxtered.
L-istess persuni kkummentaw kif mhux sew li kulħadd jara tiegħu biss, u li fi żmien li m’għandniex għażla xorta xi wħud jgħażlu li jiddendlu ma’ xi skuża jew oħra biex ma jsegwux il-miżuri.
Kien ftit wara li l-istess mara kitbet kumment ieħor fejn qaltilhom “Kif tistgħu tgħidu lin-nies li huma stupidi għax ibatu bin-nifs u ma jistgħux jieħdu nifs sew bil-maskra? …Xorta tnax-il siegħa nagħmel biha u ma nistax noqgħod id-dar, irrid immur naħdem bilfors.”