Kont Taf Liema Kienet L-Ogħla Binja F’Malta Ta’ Dari? Le Mhux Il-Preluna…

 Kont Taf Liema Kienet L-Ogħla Binja F’Malta Ta’ Dari? Le Mhux Il-Preluna…

Illum hawn bosta torrijiet, uħud diġà preżenti filwaqt li oħrajn telgħin, speċjalment fl-akkwata ta’ San Ġiljan, Pacevillu u l-Gżira.

Iżda donnu lejn dawk in-naħat kellu jkun iddestinat għalhekk għaliex propju l-ogħla binja (mingħajr ma nsemmu knejjes) li kien hawn f’pajjiżna ta’ dari, kienet il-binja tal-Balluta.

Din inbniet fl-1928 mill-Markż Naxxari John Scicluna fuq stil art nouveau biswit il-bajja tal-Balluta f’San Ġiljan.  Id-disinn kien ta’ Giuseppe Psaila. Hija binja bi stil fin u waħda mill-ftit li baqa’ ta’ dan l-istil f’Malta.

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Ritratt: AP Valletta/ the Bar

Minn dakinhar ‘il quddiem, din il-binja dejjem baqgħet hi bħala l-itwal binja fil-gżejjer tagħna sakemm imbagħad inbniet il-Preluna Hotel fl-1969. Kienet inbniet meta t-turiżmu f’Malta kien għadu fil-bidu tiegħu u kienet tattira ħafna turisti Ingliżi.

Kos hux kemm jinbidel iż-żmien…

Ritratt Prinċipali: Preluna Hotel/ Trip Advisor

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com