“Kull Jum Għandna Nibqgħu Inqisuh Bħala L-Ewwel Jum” – Frank Fabri
“Nitlobkom tibqgħu tqisu kull jum bħallikieku huwa l-ewwel jum biex it-tfal u l-istudenti jkunu jistgħu jibqgħu jiksbu l-edukazzjoni u t-tagħlim tagħhom fl-iskejjel tagħna”, enfasizza Fabri.
Fakkar ukoll biex inżommu l-kolp hekk kif jibdew joqorbu avvenimenti festivi li jħajruna norganizzaw attivitajiet li jġibu persuni flimkien ħalli ma nitilfux dak li bnejna. Dan huwa mument li jitlob attenzjoni kontinwa u għandna nibqgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna u lil ta’ madwarna, kompla jgħid is-Segretarju Permanenti.
Saħaq ukoll li dak li jkun jista’ jieħu gost billi josserva l-miżuri bla ma jieħu riskji li wara jiddispjaċina.
“Nibqgħu naħdmu biex il-pjaċir jibqa’ wkoll wara kull mument festiv u fuq kollox biex l-edukazzjoni u t-tagħlim jissoktaw fl-iskejjel tagħna”, temm jgħid Frank Fabri.
Ritratt: Gozo College Qala Primary