“Kull Jum Għandna Nibqgħu Inqisuh Bħala L-Ewwel Jum” – Frank Fabri

 “Kull Jum Għandna Nibqgħu Inqisuh Bħala L-Ewwel Jum” – Frank Fabri
“Ippjanajna u ħdimna ħafna biex stajna niftħu l-iskejjel waqt l-imxija tal-Covid-19″… Hekk tenna s-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni Frank Fabri fejn fit-tieni xahar mill-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, irringrazzja lil dawk kollha li taw l-impenn tagħhom fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji.

“Nitlobkom tibqgħu tqisu kull jum bħallikieku huwa l-ewwel jum biex it-tfal u l-istudenti jkunu jistgħu jibqgħu jiksbu l-edukazzjoni u t-tagħlim tagħhom fl-iskejjel tagħna”, enfasizza Fabri.

Fakkar ukoll biex inżommu l-kolp hekk kif jibdew joqorbu avvenimenti festivi li jħajruna norganizzaw attivitajiet li jġibu persuni flimkien ħalli ma nitilfux dak li bnejna. Dan huwa mument li jitlob attenzjoni kontinwa u għandna nibqgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna u lil ta’ madwarna, kompla jgħid is-Segretarju Permanenti.

Saħaq ukoll li dak li jkun jista’ jieħu gost billi josserva l-miżuri bla ma jieħu riskji li wara jiddispjaċina.

“Nibqgħu naħdmu biex il-pjaċir jibqa’ wkoll wara kull mument festiv u fuq kollox biex l-edukazzjoni u t-tagħlim jissoktaw fl-iskejjel tagħna”, temm jgħid Frank Fabri.

Ritratt: Gozo College Qala Primary

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com