Kummissjoni Indipendenti Ta’ 3 Imħallfin Irtirati Tagħżel Lil Dr. Chris Soler Bħala L-Avukat Tal-Istat
Ilbieraħ tħabbar li l-Avukat tal-Istat il-ġdid huwa Dr. Chris Soler li ntagħżel minn kummissjoni indipendenti magħmula minn 3 imħallfin irtirati.
Dawn evalwaw l-applikanti u għażlu lilu bħala l-aqwa kandidat biex jieħu dan l-irwol.
L-Avukat Soler ipprattika l-liġi kriminali għal dawn l-aħħar 20 sena u serva bħala lettur fl-Università ta’ malta kif ukoll Chairperson fuq il-Bord tal-Appell għar-Refuġjati.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis awguralu f’dan l-irwol importanti f’pajjiżna.