L-Ajruport Bħalissa… X’Ġara?
X’ġara? Il-Covid-19 għamlet ħerba. Kien mingħalina li għelibna lil dan il-virus u dlonk kantajna Vittorja imma għarralna bil-kbir. Sa issa f’Malta kellna 41 mewt.
Kellna 3,583 każ ta’ persuni li kellhom il-virus filwaqt li 2,915 minnhom fiequ.
Politika fil-ġenb, għalkemm fil-bidu mxejna tajjeb, irridu nammettu li rrilassajna malajr. Min qatt kien jistenna l-ajruport vojt hekk bħalissa?
Skont ċifri mill-NSO, f’lulju li għadda, ġew f’Malta 48,743 turist. Dan ifisser tnaqqis ta’ 84% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet 2019. Niftakru u nfakkru li Lulju kien l-ewwel xahar li fih infetaħ mill-ġdid l-ajruport internazzjonali ta’ Malta wara li kien ilu kważi 4 xhur magħluq minħabba l-Covid-19.
Mhux aħjar nagħmlu iżjed moħħna hemm u nneħħu din l-attitudni li qisu jien mhux se jaqbadni… Lok t’allarm ma nixtiequx imma anqas li qisna rridu ngħixu fl-ispazju mingħajr ma naffaċċjaw ir-realtà.
Nerġgħu ntennu, politika fil-ġenb, int stess tista’ tibda tagħmel id-differena… Aġixxi u kun ta’ eżempju.
Ritratt: Facebook/ James Mifsud