L-Ambjent Fuq Nett Tal-Aġenda Għall-Poplu Malti
It-talba biex wieħed jieħu ħsieb l-ambjent dejjem qed tikber kull jum li jgħaddi, b’bosta jsostnu li jibżgħu li wliedhom mhux se jkollhom ix-xorti li jgawdu n-natura f’pajjiżhom stess.
F’poll ta’ StradaRjali.com wera kif mija fil-mija ta’ dawk li rrispondew, kollha jaqblu li f’Malta għandna bżonn nagħtu każ aktar l-ambjent.
Kienu bosta li esprimew it-tħassib tagħhom dwar iż-żieda fil-bini li qed jiekol bil-mod il-mod il-ħdura u n-natura ta’ pajjiżna.
Oħrajn esprimew id-dispjaċir tagħhom dwar kif il-lokalità tagħhom dejjem tispiċċa b’ħafna skart, hekk kif bosta jarmu barra mingħajr ebda każ.
Kien hemm min spjega kif ta’ kull ġimgħa jiġbor l-iskart li jħalli ħaddieħor, dan biex jipprova jpatti għal ħaddieħor li jarmu barra u jagħti xi ħaġa lura lill-ambjent li tant għandna bżonn.
Ritratt: Din L-Art Ħelwa