L-Avukat Andy Ellul Jipponta Għall-Siġġu Parlamentari
Ftit tal-ħin ilhu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook l-avukat Andy Ellul wera l-interess tiegħu sabiex jimla s-siġġu vojt fil-Parlament Malti li ser jiġi vakant mit-tabib Etienne Grech li aktar kmieni dalgħodu ħabbar li ser ikun qiegħed jirreżenja minn Membru Parlamentari.
Jidher li it-tabib Grech kien tiġa intalab jirreżenja f’attentati oħra u dan wara li imkejjen fil-Partit Laburista sostnew li l-ħidma distrettwali u Parlamentari tad-Deputat kienet waħda negliġibbli.
Ellul spjega li dan is-siġġu jista’ biss jintela’ permezz ta’ co-option.
Fl-elezzjoni l-avukat Ellul ġab total ta’ 1201 vot sad-19 –il għadd.
Dan wara li Etienne Grech irriżenja minn Deputat Parlamentari minħabba raġunijiet personali. Fi stqarrija, il-Partit Laburista radd ħajr lil Grech tal-kontribut tiegħu fil-Partit Laburista fl-aħħar snin.