L-Ewwel Papa Fl-Istorja Li Pubblikament Qed Jappoġġja Unjoni Ċivili Bejn Persuni Tal-Istess Sess

 L-Ewwel Papa Fl-Istorja Li Pubblikament Qed Jappoġġja Unjoni Ċivili Bejn Persuni Tal-Istess Sess

Papa Franġisku ser ikun l-ewwel papa fl-istorja Kattolika li jappoġġja unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess. Dan intqal minnu stess waqt intervista li saret għal dokumentarju bl-isem ta’ Francesco li ntwera fir-Rome Film Festival nhar l-Erbgħa.

“Nies omosesswali għandhom dritt ikunu ġo familja. Huma ulied Alla”, qal il-Papa waqt waħda mill-intervisti għad-dokumentarju.

“Hemm ħtieġa li jkun hemm liġi għall-unjoni ċivili, b’hekk ikunu koperti. Dan nissaportjah!”, qal il-Papa. Qatt qabel, ma Papa ħareġ pubblikament favur unjoni ċivili qabel!
Fl-istess dokumentarju, hemm ukoll imxandra intervista mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Jude Scicluna fejn tkellem dwar l-id iebsa tal-Papa fir-rigward ta’ każijiet ta’ pedofelija.
L-Arċisqof Scicluna huwa persuna viċin ħafna ta’ Papa Franġisku tant li kemm -il darba jafda f’idejh każijiet ta’ importanza massima fi ħdan il-Knisja Kattolika.

Ritratt: Catholic News Agency

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com