L-Imħabba Tal-Annimal Lejn Sidu… Jimxi Maġenbu Bl-Istess Pass Biex Jagħmillu Kuraġġ

 L-Imħabba Tal-Annimal Lejn Sidu… Jimxi Maġenbu Bl-Istess Pass Biex Jagħmillu Kuraġġ

L-imħabba tal-annimal ma tafx mibegħda. Kemm jekk tgħajjat miegħu jew tgħidlu li għamel xi ħaġa, għax kull min għandu kelb jaf li dan jinsa ftit wara u jiġi jiġri jifraħ bik ftit  wara.

Rodrick Zerafa kien mixi qalb il-kampanja meta lemaħ anzjan li kien għadu kemm ġej mill-għalqa wara jum ta’ ħidma, fejn b’pass kawt seta’ jilmaħ kelb ċkejken miexi maġenbu.

Filwaqt li fin-natura tal-kelb hi li jimxi mgħaġġel, dan il-kelb, b’imħabba kollha kien miexi b’pass kajman biex la jgħaddi lil sidu u lanqas jispiċċa warajh. Zerafa spjega kif att bħal dan juri l-imħabba dejjiema li annimal jurik li b’sempliċiment azzjoni bħal din, kelb kapaċi jagħmillek kuraġġ.

Spjega kif dan il-kelb saħansitra waqaf anke f’ċertu mumenti biex jistenna lil sidu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com