“… Li Inti Tbaghbas It-Tfal Qed Ngħidilkom Ministri, Parlamentari, Prim Ministru… Erħu Lit-Tfal” – Manche Jattakka…

 “… Li Inti Tbaghbas It-Tfal Qed Ngħidilkom Ministri, Parlamentari, Prim Ministru… Erħu Lit-Tfal” – Manche Jattakka…

Il-Pastor Gordon Manchè f’ wieħed mill-programmi li jien personali tqażżist nisma’ u li flok ġid, iżjed jagħmlu ħsara, issa fettillu jdaħħal lill-politiċi wkoll fl-istorja biex jerħu lit-tfal. Din hija allegazzjoni serjissima!

Hu qal, “Pero li inti tbagħbas it-tfal, qed ngħidilkom Ministri, Parlamentari, Prim Ministru, f’isem Ġesù Kristu, erħu lit-tfal tagħna waħidhom.” F’kull mument jara fejn idaħħal lil Gesù Kristu meta dan għandu bżonn hu stess, li l-Ispirtu s-Santu jilluminah ħalli jgħaraf li lill-Mulej, mhux hu biss iħobbu. Pjuttost qed ipenġi stampa mtappna tiegħu.

Intant Manchè kompla jgħid li l-omosesswali mhumiex l-iktar nies ibbuljati: “Infatti hija riċerkata, l-iktar nies ibbuljati mhumiex l-LGBT.”

Min jaf kemm ħsara qed tagħmel meta nies isegwuk u jemmnu indutrinazzjoni żbaljata mingħandek. Għandek dritt tgħid li ma taqbilx mal-omosesswali imma għandu jkollok rispett u tinduna x’inti tgħid!

Il-ġudizzju jagħmlu Alla fl-aħħar ta’ ħajjitna!

 

(Dan l-artiklu juri opinjoni tiegħi personali bħala editur.)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com