Libjan Arrestat B’Rabta Ma’ Serq Minn Diversi Kmamar F’Lukanda

 Libjan Arrestat B’Rabta Ma’ Serq Minn Diversi Kmamar F’Lukanda

Il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan it-Taqsima tar-Reati Maġġuri, fl-aħħar sigħat arrestat raġel Libjan ta’ 38 sena, b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda fi Triq il-Fliegu, San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda meta żewġ persuni rrapportaw mal-Pulizija li kienu sabu l-kmamar tagħhom miftuħin u mqallbin.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienu nsterqu diversi oġġetti personali. Dwar il-każ infetħet inkjesta ordnata mill-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel. Huwa kien arrestat u qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard dalgħodu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com