“Lil Ħija L-Għażiż…” – Araw L-Ittra Li L-Papa Bagħat Lill-Isqof Mario Grech

 “Lil Ħija L-Għażiż…” – Araw L-Ittra Li L-Papa Bagħat Lill-Isqof Mario Grech
L-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede Frank Zammit ippubblika l-ittra sabiħa li l-Papa Franġisku bagħat lill-Isqof Mario Grech biex jinfurmah bil-ħatra tiegħu bħala Kardinal.
L-ittra tgħid hekk: 
Lil Ħija l-Għażiż, Il-Wisq Reverendu Mario Grech – Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet…
Nixtieq noffrilek din l-espressjoni ċkejkna tal-qrubija tiegħi nhar in-nomina tiegħek bħala Kardinal tal-Knisja Mqaddsa ta’ Ruma.
Hija t-tama tiegħi li din il-vokazzjoni li għaliha l-Mulej qed isejjaħlek isseddqek fl-umiltà u fl-ispirtu ta’ qadi. “Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn”. Dan hu li l-Mulej għallimna ngħidu meta nkunu wettaqna xogħolna, u biex ma nitolbu ebda ħlas ħlief dan, u l-grazzja li ġejna magħżula biex naqdu. Jiena nitolbu li dan ikun il-ferħ tiegħek illum u kull ġurnata ta’ ħajtek, u li, fl-aħħar, lill-Mulej tkun tista’ tgħidlu: “Jien qatt ma poġġejt il-musbieħ tiegħek taħt il-mod”.
Se tirċievi xewqat sbieħ u espressjonijiet ta’ qrubija minn bosta persuni li jixtiqulek il-ġid. Ilqagħhom b’sempliċità. Tagħmel sew tiftakar, qalb dan il-ferħ kollu, fid-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm… u fil-jum tal-Ġimgħa li ġie wara. Nitolbok tara li ċ-ċelebrazzjonijiet li l-fidili jżommu f’ġieħek ikunu sempliċi u bogħod minn kull spirtu tad-dinja.
Niftakar fik fit-talb tiegħi u nitolbok, jekk jogħġbok, biex tagħmel l-istess għalija.
Il-Mulej ibierkek u l-Verġni Mqaddsa tħarsek.
Bi mħabba fraterna,
Franġisku
Santa Marta, 26 ta’ Ottubru 2020

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com