Ma’ Kull Kikkra Kafè, Il-Klijenti Jingħataw Gallettina B’Ċoff Roża… Kuxjenza Dwar Il-Kanċer Tas-Sider

Miriam, mart l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta, dalgħodu żaret Elia Cafe fil-Ħamrun fejn uriet l-appoġġ tagħha għall-kuxjenza li qed tinħoloq dwar il-kanċer tas-sider.
Dan bħala parti mill-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar din il-marda qerrieda u li Ottubru huwa sinonimu miegħu.
Ma’ kull kikkra kafè, il-klijenti qed jingħataw gallettina b’ċoff roża tal-ġelu li huwa s-simbolu internazzjonali tas-sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer tas-sider.
Miriam enfasizzat ukoll l-importanza li jsiru testijiet regolari u f’isem The Malta Community Chest Fund Foundation irringrazzjat lil din il-kumpanija tad-donazzjoni li tat lill-Fondazzjoni.
Ritratt: Facebook/ George Vella