“Malta Se Tkun Mal-Ewwel Pajjiżi Fid-Dinja Li Tirċievi l-Vaċċin Tal-Covid” – Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tenna fil-Parlament li Malta se tkun mal-ewwel pajjiżi fid-dinja li tirċievi l-vaċċin tal-Covid-19.
Dan wara ħidma li saret mill-Gvern Malti meta kien hemm ħsieb, li seta’ jiġri, fejn il-pajjiżi l-kbar jinqdew l-ewwel u pajjiżi żgħar bħal Malta tibqa’ barra.
Fil-fatt, tenna li Malta ser ikollha biżżejjed biex f’temp ta’ 6 xhur minn meta joħroġ il-vaċċin, ikunu tlaqqmu l-Maltin kollha.
Ritratt: Facebook/ Chris Fearne