Malta T-Tieni L-Aktar Pajjiż Fl-UE B’Testijiet Għall-Covid-19

 Malta T-Tieni L-Aktar Pajjiż Fl-UE B’Testijiet Għall-Covid-19

Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ras għal ras qiegħed jittestja nies għall-Covid-19.

Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard. Ir-rata rigoruża ta’ testijiet għal Malta kienet ta’ 3,336 għal kull 100,000 ruħ.

L-istatistika turi li kien biss il-Lussemburgu li kellu rata ogħla minn ta’ Malta fejn qed jagħmel 6,452 test għal kull 100,000 ruħ.

Fil-fatt fl-ewwel ġimgħa tax-xahar, l-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta għamlu xejn anqas minn 16,465 test. Mill-bidu tal-pandemija aktar kmieni din is-sena saru total ta’ 308,790 test.

L-istatistika turi wkoll li Malta kellha t-13 l-ogħla numru ta’ testijiet fid-dinja.

Mill-ġimgħa d-dieħla, l-istrateġija fir-rigward ta’ testijiet se tissaħħaħ biex tkun tista’ tinkludi wkoll sistema ta’ rapid tests li se jiddaħħlu fit-28 ta’ Ottubru li ġej. Dawn se jintużaw l-aktar fl-ajruport u fl-isptarijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com