Mara Użat ‘Password’ Ta’ Persuna Oħra… Ġiet Akkużata Li Ħolqot Biża’ Fost L-Oħrajn

 Mara Użat ‘Password’ Ta’ Persuna Oħra… Ġiet Akkużata Li Ħolqot Biża’ Fost L-Oħrajn

Illum il-pulizija ressqet Rumena ta’ 26 sena quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella fil-qorti Għawdxija wara li kienet akkużata li nahr it-3 t’Ottubru u fil-ġranet ta’ qabel, użat kompjuter b’kodiċi ta’ dħul u ‘password’ ta’ persuna oħra, kif ukoll użat l-istess tagħmir mingħajr awtorizazzjoni u għamlet koppja jew immodifikat data jew dokumentazzjoni għaddannu tal-vittma.

Ir-Rumena kienet ukoll akkużata li wżat apparat ta’ kommunikazzjoni elettroniku biex heddet lill-vittma, li tat fastidju, li kkaġunat biża’, li għamlet vjolazzjoni oħra kontra l-propjetà tal-vittma, kif ukoll ikkaġunat ħsara lill-vittma.

Il-mara wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ritratt: Times Of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com