Marret Iċ-Ċentru tas-Saħħa Ta’ Birkirkara U Kienet Taf Li Għandha L-Covid… In-Nies Jinfexxu Jgħajtu!!!

 Marret Iċ-Ċentru tas-Saħħa Ta’ Birkirkara U Kienet Taf Li Għandha L-Covid… In-Nies Jinfexxu Jgħajtu!!!

Stradarjali.com huwa infurmat li ftit jiem ilu, mara marret iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara u malli ċċekjawlha t-temperatura sabulha d-deni.

Malli qalulha qabżet hi u qalet: “Iva naf ħi, jekk għandi l-Covid!” Dan ifisser li l-mara kienet taf li kellha l-Covid-19 u marret f’ċentru tas-saħħa fejn ikun hemm ħafna nies u anke vulnerabbli.

Minn Stradarjali.com ċempilna ċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara u kkonfermawlna li iva ġara dan il-każ imma żammew lura milli jispeċifikaw minħabba raġunijiet ta’ data protection li nifhmu.

Dan ikkonfermawh ukoll nies li kienu preżenti meta ġara l-każ!

Però nsaqsu, ittieħdu passi ma’ din il-persuna dwar din in-negliġenza? Ħadu azzjoni fin-nies li kienu fil-madwar ta’ din il-mara li ovvjament ma kinux jafu x’għandha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com