Membru Tal-istaff Tal-President Pożittiv Għall-Covid-19

 Membru Tal-istaff Tal-President Pożittiv Għall-Covid-19

L-Uffiċċju tal-President avża li wara li għamel swab test ta’ rutina, membru tal-istaff tal-Palazz instab li huwa pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President qal li f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta’ Malta u s-Sra Vella—li dalgħodu għamlu swab test ta’ rutina li rriżulta negattiv—xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f’iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Konsegwentament, l-impenji kollha li l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla qed jiġu posposti.

Ritratt: Facebook/ George Vella (Ritratt meħud fid-9 ta’ Settembru 2020)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com