“Mhux Għax Traskurajna Imma L-Virus Ħadem Hekk…” – Il-President Fuq Radju 103

 “Mhux Għax Traskurajna Imma L-Virus Ħadem Hekk…” – Il-President Fuq Radju 103

F’appell u messaġġ ta’ tama u nkoraġġiment, l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta tenna li dan huwa mument fejn ningħaqdu flimkien ħalli t-triq li baqa’ nterrquha flimkien sakemm jinstab il-vaċċin u d-dinja tibda tieħu ftit ir-ruħ.

Meta mistoqsi mill-preżentatur fuq Radju 103, jekk l-għaqda fostna hux sentiment komuni, il-President wieġeb li ħadd ma kien jistenna li lkoll ser nergġgħu ngħaddu minn mument mudlam wara l-ieħor għax kien hemm tama ġdida wara xaharejn u nofs fil-bidu li għaddejna mill-mument tal-Covid-19, għalkemm saħaq li iva l-previżjonijiet kienu ndikaw u kienu korretti.

Iżda issa inutli nużaw ħinha biex ngħidu ‘kieku għamilt hekk u kieku għamilt hekk iżda rridu naraw kif se nimxu minn hawn ‘il quddiem.’

Il-President ta’ Malta wassal messaġġ ta’ tama fuq Radju 103 – Malta’s Heart lill-poplu kollu għaliex kif qal tant tajjeb hu, “ilkoll ninsabu fl-istess dgħajsa.”

Nieħdu l-okkażjoni biex nappoġġjaw dan is-sentiment u nħeġġu lil xulxin bil-pożittività. Ejja nagħmlu l-almu tagħna ħalli dan iż-żmien jgħaddi kemm jista’ jkun malajr. Kuraġġ!

Ritratt: Facebook/ George Vella

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com