“Miġnun Jew Aħdar. Hu Jkisser Aħna Nibnu” – Jisfida Lil Frank Zammit Iżjed Minn darba

L-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede Frank Zammit għandu għal qalbu l-annimali u ftit ilu bena dwejra żgħira fejn jistekknu l-qtates li jgħixu barra. Jidher li xi ħadd; jista’ jkun persuna waħda jew iżjed għax sa issa ma nqabadx, qed jew jinkieh, jew jisfidah billi kull darba li Frank jirranġaha, jerġa’ jkissirielu.
Araw is-sensiela ta’ posts li ttellgu fuq facebook juru kif qed jiġru dawn l-episodji. Jidher li m’għandhomx x’jagħmlu dawn in-nies li qed jaslu s’hawn. Intom x’taħsbu dwar dan?