“Minħabba Li L-Mama’ Għandha Bżonn Ħafna Attenzjoni, Qed Insibha Diffiċli li Nwettaq Il-Ħidma Bħala Kappillan Ħal Għaxaq” – Fr. Gordon Refalo

 “Minħabba Li L-Mama’ Għandha Bżonn Ħafna Attenzjoni, Qed Insibha Diffiċli li Nwettaq Il-Ħidma Bħala Kappillan Ħal Għaxaq” – Fr. Gordon Refalo
“Minħabba li l-mama’ għandha bżonn ħafna iktar attenzjoni, qed insiba ħafna iktar diffiċli li nwettaq il-ħidma tiegħi bħala Kappillan Ħal Għaxaq minħabba li ġej u sejjer mill-Parroċċa għad-dar u naħli ħafna ħin fil-karozza”, kiteb Fr. Gordon Refalo fuq il-profil tal-facebook tiegħu.
Tenna li għalhekk talab lill-Arċisqof Scicluna biex itieh xogħol pastorali viċin id-dar u kien hawn li talbu jikkonsidra li jmur kappillan il-Gżira.
Saħaq li ser jimmissja l-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq imma jinsab ħerqan għall-ħidma l-ġdida fil-Gżira.
Temm billi qal: “Inħobbkom u grazzi ta’ kollox.”

Nawguraw lil Fr. Gordon biex ikompli jwettaq il-ġid kif għamel dejjem kull fejn kien.

Ritratt: Facebook/ Gordon Refalo

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com