“…Nikkonferma Li M’Inix Pożittiv Għall-Covid-19…” – Stefan Zrinzo Azzopardi

 “…Nikkonferma Li M’Inix Pożittiv Għall-Covid-19…” – Stefan Zrinzo Azzopardi
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzjaw lil dawk kollha li wrew tħassib dwar il-kundizzjoni medika tiegħu filwaqt li kkonferma li mhux pożittiv għall-Covid-19 u lanqas kien mitlub joqgħod fi kwarantina.
“Minkejja li jien kont fil-Lussemburgu għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet, jien ma kontx f’kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Belġju Sophie Wilmes u l-anqas kont f’pożizzjoni ta’ riskju skont kif ġejt ċertifikat mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika”, saħaq Zrinzo Azzopardi.
Temm billi awgura fejqan ta’ malajr lil dawk kollha li bħalissa jinsabu pożittivi għall-Covid-19.

Ritratt: Facebook/ Stefan Zrinzo Azzopardi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com