Opportunità Għall-Ħaddiema Fit-Turiżmu Affettwati Bil-Pandemija
Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li ħaddiema fit-turiżmu li bħalissa huma affettwati b’nuqqas ta’ xogħol minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa se jkunu jistgħu jingħaqdu mat-tim tal-contact tracing tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Din l-iskema hija maħruġa mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Malta Enterprise.
Tenniet ukoll li l-ħaddiema se jibqgħu jirċievu l-wage suppliment kollu ta’ €800 flimkien ma’ €5.28 fis-siegħa.
Il-pubbliku huwa nfurmat li dawk li huma interessati, jistgħu japplikaw billi jibagħtu email fuq: [email protected] mhux aktar tard mill-4 ta’ Novembru 2020.
Tistgħu wkoll iċċemplu fuq: 2169 2447