Organizzat l-Ewwel Malta Beach Soccer Festival

 Organizzat l-Ewwel Malta Beach Soccer Festival

Il-Malta Beach Soccer organizzat l-ewwel festival tagħha fil-bajja s-sabiħa f’Birżebbuġa. Minkejja s-sitwazzjoni tal-Covid-19 il-kumitat organizza dan il-festival skond il-protokol maħruġ minn l-awtoritajiet tas-saħħa u t-tim mediku ta’ Sport Malta sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-partecipanti kollha.

B’kollox ipparteċipaw erbgħa timijiet Birżebbuġa, St Peters PFLF 1, Għargħur kif ukoll Fgura PFLF2 liema timijiet lagħbu f’forma ta Round Robin is-sibt f’ġurnata tipika sajfija filwaqt li l-Ħadd it-tim li spiċċa l-ewwel post lagħab mar-raba’ fil-grupp filwaqt li tat-tieni lgħab mat-tielet. Aktar tard umbgħad kien hemm partita għat-tielet u r-raba post bil-qofol jintlaħaq bil-finali li kienet ferm missielta u bilanċjata bejn Birżebbuġa u Għargħur Boys. Partita li spiċċat fi draw ta 6-6 bit-tim ta’ Birżebbuġa jirbaħ bl-iscore ta’ 9-8 wara l-għoti tal-penalties. L-aqwa skorer f’din il-finali spiċċa Noel Tabone b’ħames gowls għall-Birżebbuġa segwit minn Ayoub Ahmad plejer ta’ Għargħur Boys li skurja erbgħa gowls.

F’dan il-festival ipparteċipaw ukoll selezzjoni ta’ plejers mill-proġett li qed tieħu ħsieb l-MFA bl-isem ‘Play Football Live football’ taħt it-tmexxija ta’ Peter Busuttil.

Il-President tal-Malta Beach Soccer Pio Vassallo ddeskriva dan il-festival bħala l-bidu ta’ era ġdida għall- Malta Beach Soccer. Hu qal li l-kumitat irnexxilu jagħti togħma ta’ l-entużjażmu u l-ispettaklu li toħloq din il-logħba minkejja id-diffikultajiet li bħalissa ninsabu fihom.

Hu żied jgħid li l-għanijiet illi għandha din l-assoċjazzjoni huma għanijiet fit-tul. It-trofej ġew ippreżentati minn Carlo Stivala kunsillier fil-Kunsill lokali ta’ Birżebbuġa kif ukoll Mark Marlow, Direttur Tekniku tal-futsal and beach soccer fi ħdan l-MFA.

 

Ritratt: Malta Beach Soccer Association

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com