“Outstanding Work” – Il-Viċi President Tal-Kummissjoni Ewropea Lil Alex A. Saliba

 “Outstanding Work” – Il-Viċi President Tal-Kummissjoni Ewropea Lil Alex A. Saliba
“I would say to Alex Agius Saliba this is an outstanding work.” hekk qalet il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager dwar l-Att għas-Servizzi Diġitali.
Dan huwa rapport leġislattiv twil 56 paġna li jitkellem fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u li ġie approvat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Ir-rapport ġie approvat minn 86% tal-Membri Parlamentari Ewropej li kienu eliġibbli jivvutaw.

Alex Agius Saliba kien tenna li permezz ta’ dan ir-rapport leġislattiv, qed jiġi propost strument fejn kumpaniji kbar ma jkunux jistgħu jibqgħu joħolqu ambjent ostili fejn iservu ta’ deterrent għal kumpaniji oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com