Pagun Jistenna L-Ministru Tal-Finanzi Jasal Fil-Palazz Ta’ San Anton

 Pagun Jistenna L-Ministru Tal-Finanzi Jasal Fil-Palazz Ta’ San Anton

Inzertajna dan il-post ħelu fuq facebook u għaliex le, nġibuh fuq StradaRjali.com għaliex tajjeb li nitgħallmu nikkalmaw ftit ukoll fil-ġirja ta’ stress fuq il-midja soċjali.

Sandro Mangion li huwa l-Uffiċjal Responsabbli mir-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta tella’ dan ir-ritratt ġmiel tan-natura. Kiteb li bħal donnu l-pagun qed jgħid: “Fi xħin jasal il-Ministru?”

“Pagun “jgħasses” il-bieb prinċipali tal-Palazz ta’ Sant’Anton, Dejr il-President ta’ Malta, ftit qabel jasal il-Ministru għall-Finanzi għand il-Kap tal-Istat b’kopji tad-dokumenti tal-Baġit 2021,” sostna Mangion.

Bħal-lum, tkun okkażjoni fejn l-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Presidenza jaħdem b’kollaborazzjoni sħiħa ma’ entitajiet bħall-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi, id-Dipartiment tal-Informazzjoni, u l-Public Broadcasting Services.

Nawguraw lill-ħaddiema kollha nvoluti biex jittella’ budget li jfisser ħafna xogħol ta’ sagrifiċċju u preparazzjoni.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com