Permezz Tal-App Tal-Covid-19 Instabu 129 Każ Pożittiv… Aktar Minn 78,000 Jagħmlu Użu Minnha

 Permezz Tal-App Tal-Covid-19 Instabu 129 Każ Pożittiv… Aktar Minn 78,000 Jagħmlu Użu Minnha

Permezz tal-pjattaforma Covid-19 Alert Malta nstabu 129 każ pożittiv ta’ Covid-19.

Din l-app tista’ titniżżel b’xejn fuq il-mowbajl ta’ dak li jkun u taħdem biss meta kemm il-persuna bil-Covid-19 kif ukoll il-persuna li kellha kuntatt miegħu/magħha jkollhom l-app fuq il-mobile tagħhom. In-notifika tintbagħat lil kull min ikun għamel minn tal-inqas 15-il minuta f’distanza ta’ 2 metri jew eqreb ta’ persuna infettata.

Kienu eluf li niżżlu din l-app proprju fl-ewwel tlett ijiem minn meta ħarġet fis-suq, fejn s’issa hemm madwar 78,189 persuna li għandhom din l-app u qed jagħmlu użu minnha.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com