“Personalment Totalment Favur Ewtanasja Volontarja…” – Daniel Micallef
Hekk kif sar referendum u ntrebaħ b’65.2% favur u 33.8% kontra, il-Gvern ta’ New Zealand se jillegalizza l-Ewtanasja volontarja sa Novembru tal-2021. Mhux l-istess qed jiġri fir-rigward tal-legalizzazzjoni tal-kannabis fejn għat-tieni darba, ir-referndum dan reġa’ m’għaddhiex.
Fir-rigward tal-Kannabis, ir-referndum irriżulta hekk: 46.1 % favur u 53.1% kontra.
Madanakollu fil-passat, f’pajjiżna ġieli qam is-suġġett tal-ewtanasja volontarja imma kif jgħid il-Malti, is-suġġett dejjem miet fuq ommu.
F’kumment minn Daniel Micallef; Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-affarijiet tal-partit, tenna li huwa totalment favur, anzi “Mhux favur biss – nikkampanja b’saħħa biex nara dan id-dritt jidħol f’pajjiżi meta jasal il-waqt.”
Intom x’taħsbu dwar dan?