Pulizija Jeskorta T-Tfal Tal-Iskola Bl-Umbrella Waqt Ix-Xita Qawwija Ta’ Dalgħodu

 Pulizija Jeskorta T-Tfal Tal-Iskola Bl-Umbrella Waqt Ix-Xita Qawwija Ta’ Dalgħodu

Pulizija li jkun qed jikkontrolla t-traffiku u s-sitwazzjoni kull filgħodu waqt li jkunu deħlin it-tfal l-iskola Primarja tal-Floriana, dalgħodu  qatta’ l-ħin tiegħu jimxi mit-tarf tat-triq sal-iskola ma’ kull tifel u tifla u jżommilhom l-umbrella biex ma jixxarbux fix-xita qawwija li għamlet bejn it-8 u t-8:30 fil-ħin li ħafna tfal jaslu l-iskola.

Fuq il-midja soċjali kienu ħafna li kitbu u kkummentaw b’mod pożittiv dwar l-inizjattiva ta’ dan il-Pulizija li flok jistkenn mix-xita qawwija, offra kenn lill-istudenti tal-iskola u naturalment sar għasra hu. Grazzi lil dawn l-uffiċjali tad-dedikazzjoni.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com