Qala’ Daqqiet Ta’ Sikkina Fil-Fgura

 Qala’ Daqqiet Ta’ Sikkina Fil-Fgura

Sirjan ta’ 24 sena ndarab serjament b’daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’argument li nqala’ fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Il-Pulizija qalet li ġiet mgħarrfa bil-każ għall-ħabta tad-8.45 p.m. meta xhieda fuq il-post għarrufhom li fl-inħawi tal-Għassa tal-Pulizija żviluppa argument bejn xi persuni u li kien hemm xi demm mal-art.

Minnufih marru l-Pulizija tad-Distrett fejn ġie nnutat xi demm mal-art.

Ftit ħin wara, il-Pulizija ġew infurmati mill-Isptar Mater Dei li kien għadu kif daħal persuna li kien involut f’argument fejn intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri li saru rriżulta li r-raġel ta’ 24 sena, kien involut f’argument ma’ xi persuna oħra fejn allegatament sofra xi ġrieħi minħabba li kienet intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-persuna l-oħra telqet minn fuq il-post. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei minn xi qraba għal aktar kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

II-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex jinstab ir-raġel li allegatament kien involut fl-argument u telaq minn fuq il-post.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ritratt: Newsbook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com