Raġel Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Madwar Sular Fl-Imsida
Ingliż ta’ 31 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular għoli fl-Imsida.
Kien dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa, meta l-Pulizija ġiet infurmata li weġġgħet persuna fi Triq E.H. Furse, l-Imsida.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li fil-komun ta’ blokka, bejn it-tielet u raba’ sular, waqa’ Ingliż ta’ 31 sena.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli assistew lil paramediċi joħorġu l-vittma mill-blokka, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.