Raġel Jitlef Ħajtu Fl-Imġarr
Raġel x’aktarx barrani u li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, sfortunatament tilef ħajtu fl-Imġarr.
Kienu għall-ħabta tal-17.30, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Ħaddedin, l-Imġarr.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt lir-raġel kien qed iħott folji tal-ħadid, għal xi raġuni l-ħadid waqgħu fuq ir-raġel.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.
Ritratt: One News