Raġel Mgħawweġ Ganċ Mal-Ħadid … Tgħid Għax Tħabbru L-Miżuri Tal-Bars?

Il-Pulizija kmieni dalgħodu kellha tintervjeni fix-xatt tal-Balluta wara li raġel spiċċa rasu l-isfel u bil-warrani barra bla saħħa mal-ħadid tal-istess xatt.
Naturalment jidher li dan ir-raġel adha bi kbira l-aħbar li l-bars se jibdew jagħlqu fil-11p.m. u bla dubju li matul il-lejl li għadda ċċelebra kemm felaħ, b’konsegwenza li spiċċa bil-banda mal-Pulizija.