Raġel Ta’ 57 Sena Jweġġa’ F’Inċident Tat-traffiku F’Birkirkara
Raġel ta’ 57 sena li joqgħod il-Marsa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Brared.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Avensis misjuqa minn raġel ta’ 73 sena li joqgħod Ħ’Attard.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma lisptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Ern-Eye