Ragħaq U Beraq… Lestu Ruħkom Għall-Maltemp

Dan ir-ritratt ittieħed mill-Ħamrun grazzi lil Daniela Muscat li bagħtitilna dawn ir-ritratti. Kif kien previst anke mill-kollega tagħna Samuel Cutajar mis-sit It-Temp Madwarna, illum huwa mistenni l-maltemp.
Jidher li ċ-ċentru ta’ pajjiżna kien l-aktar milqut bi kważi pulzier xita mkejla (24mm).
Huwa mistenni li jitqawwa r-riħ sa filgħaxija u jiksaħ ukoll it-temp.
Diġà qed jinstema’ r-ragħad u l-beraq. Dejjem moħħkom hemm u suqu bil-mod.
Ritratti: Daniela Muscat