Rajt l’Alla Jibki… Ommi Kienet Mara Griega Tgħix Malta
“Ommi kienet mara Griega tgħix Malta. Kienet mara tat-triq ommi, tiġġerra ma’ kulħadd.
“‘ommi kien imur kulħadd fl-għorfa li kellha, u mess ukoll lil missier li jmur magħha. U fl-aħħar għamlu lili. La ried hekk Alla, għamlu lili. Ġejt jien. Bdejt insir jien, la ried hekk Alla. Ħadd ma staqsieni xi rrid, imma bdejt ngħix jien.
U issa, jiġri x’jiġri f’ħajti, jien irrid inpattieha qares.”
Dawn huma versi ta’ Paul P. Borg mir-rumanz Rajt l’alla jibki li jinsab fi ktieb wieħed mar-rumanz l-ieħor Dal-lejl ġie Alla.
Jitkellem dwar il-ħajja; sensiela ta’ deċiżjonijiet li trid toħodhom bilfors u li din kienet qatgħa għal-awtur tant li beda jipprova jiifhem fl-ewwel rumanz li wasslu għat-tieni wieħed. Jitkellem bil-Malti djalettali biex isaħħaħ l-ambjent u l-atmosfera li xtaq joħloq.
Il-Professur Oliver Friġġieri, f’kumment li kiteb dwar dawn ir-rumanzi, tenna li dan ir-rumanz (irrefera għalih fis-singular għaliex huma minsuġa fi ktieb wieħed) huwa okkażjoni speċjali li fiha jiltaqgħu flimkien livelli differenti tat-tiġrib uman.
Aqrawh…