Rekord Ta’ 204 Każ Ġdid Ta’ Covid-19 F’24 Siegħa

 Rekord Ta’ 204 Każ Ġdid Ta’ Covid-19 F’24 Siegħa

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 204 każ ġdid ta’ Covid-19 minn 2,885 test swabs li saru.

Fl-istess waqt fiequ 42 persuna mill-virus, bit-total ta’ persuni mfejqa jitla’ għal 3,184.

It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,257, filwaqt li t-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Malta huwa ta’ 4,486.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com