Repubblika: Il-Kuntratt Tal-Powerstation Jista’ Jkun Imċappas Bid-Demm Ta’ DCG

 Repubblika: Il-Kuntratt Tal-Powerstation Jista’ Jkun Imċappas Bid-Demm Ta’ DCG

L-għaqda mhux governattiva Repubblika qalet li l-vot tal-membri tal-Gvern kontra inkjesta pubblika dwar il-kuntratt tal-power station tal-gass huwa daqqa ta’ ħarta lid-demokrazija.

Fi stqarrija Repubblika allegat li dan il-kuntratt jidher li jista’ jkun imċappas b’demm Daphne Caruana Galizia huwa insult lill-poplu Malti u daqqa ta’ ħarta lid-demokrazija.

Qalet li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern jifhmu li dmirhom huwa lejn iċ-ċittadini u mhux li jiddefendu lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Repubblika sostniet li dan il-vot jikxef l-ipokresija ta’ dawk li jxerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli u li biex jidhru sbieħ joqogħdu jgħidu kemm iħossuhom traduti, li mhumiex parti mill-kitchen cabinet, li ma jafux x’kien għaddej jew li ma jiftakrux.

Repubblika wissiet lill-Gvern li mhix se tieqaf qabel ma ssir tafu il-verità u sakemm kull min kellu sehem f’dak li sejħet bħala ħmieġ tal-Electrogas jirrispondi għal għemilu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com