San Ġiljan Champions Tal-Istaġun 2020

 San Ġiljan Champions Tal-Istaġun 2020

San Ġiljan huma ċ-champions tal-istaġun 2020 hekk kif għelbu lil Neptunes 9-8 fit-tieni partita tal-finali tal-play-off biex b’hekk San Ġiljan għalqu l-kampjonat bla telfa.

Il-Ġiljanizi kienu superjuri tul il-kampjonat kollu hekk kif taħt il-gwida tal-coach Dorian Pisani il-Ġiljaniżi sabu dak li dejjem kellhom bżonn u dak li dejjem kien nieqes fostom id-determinazzjoni, grinta u wisq aktar serjetá.

Wieħed seta’ jara lil Pisani jintroduċi żgħażagħ kif ukoll uċuh ġodda bħal Jake Bonavia, Cicco Ortoleva kif ukoll il player Marco Mannino tlett żgħażagħ li kienu strumentali tul il-kampjonat liema kampjonat skopra talenti kif ukoll żgħażagħ għall-futur.

L-iskwadra Ġiljaniża mhux biss tgawdi talent mill-isbaħ imma kien hemm wkoll bilanċ kbir fejn fuq wara tara players li anqas l-ilma ma jirnexxielu jgħaddi wisq aktar il-ballun fostom il-plejer Darren Zammit kif ukoll il-gowler Jake Tanti li kien hu li żamm lill-Ġiljaniżi fil-logħba bosta drabi tul il-kampjonat.

Talenti li din is-sena wieħed seta’ jara aħjar huma l-attakkanti Ben Plumpton, li bla dubju dan kien l aqwa staġun tiegħu kif ukoll Dino Zammit u Matthew Zammit li kienu il-moħħ wara dan is-suċċess fostom dak li huwa meqjus il-“Messi” tal-waterpolo lokali Andreas Galea, flimkien mal-aktar player ta’ esperjenza Paul Fava li fuq wara impossibli tissuperah.

Ilbieraħ wieħed seta’ wkoll jikkonferma l-karattru ta’ Neptunes dak li jissejjaħ “never say die” fejn għalkemm kienu jafu li ser jibdew b’żvantaġġ doppju, dak li jridu jirkupraw telfa biex jipposponu ir-rebħ tal-kampjonat kif ukoll in-nuqqas tal-player ferm importanti Nikolai Zammit fejn il-club ta’ Ballutta ddeċieda li jissospendi għal raġunijiet li għadhom mistura f’mument ferm kruċjali liema deċiżjoni għenet lill-Ġiljaniżi fir-rebħ tal-kampjonat.

L-aħwa Camilleri kienu totalment differenti mil-lewwel finali hekk kif ħarġu aktar determinati li ma jħallux lill-Ġiljaniżi jkollom logħba faċli, biss kollox ikkomplika ruħu meta f’temp ta’ anqas minn 16-il minuta logħob tkeċċa Jake Muscat dan wara li San Ġiljan kienu marru fil-vantaġġ minn penalty tal-istess Muscat.

Neptunes ibbażaw il-logħoba fuq Gabriel Pace kif ukoll iż-żagħżugħ Sam Gialanze li ppruvaw jikkonkludu permezz ta’ Jeremy Abela liema player kellu markament strett tant li ftit li xejn irnexxielu jwettaq dak li kien maħsub.

Riżultat Finali

Neptunes 8 – San Ġiljan 9

(2-3, 2-3, 1-1, 3-2)

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat, L. Calleja, G. Pace 2, S. Busuttil, J. Spiteri Staines, S. Camilleri 3, J. Camilleri 1, J. Abela 1, M. Farrugia, S. Stellini, S. Gialanze 1, B. Busuttil.

San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea 3, D. Ciantar, M. Mannino, M. Zammit 1, B. Plumpton 2, J. Bonavia, Z. Micallef, Darren Zammit, P. Fava, Dino Zammit 3, G. Vassallo, M. Ortoleva. Refs: M. Dalli, R. Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com