San Ġiljan Jirbħu D-Double Mingħajr Telfa

 San Ġiljan Jirbħu D-Double Mingħajr Telfa

Jasal fi tmiemu l-kampjonat lokali tal-water polo hekk kif ilbieraħ intlagħbu l-aħħar żewġ finali tan-knock out fejn mill-kampjonat tal-Premier San Ġiljan ikkonfermaw id-double wara li għelbu lir-rivali Neptunes 9-6, logħba ikumbattuta ħafna tant li mal-ewwel 10 minuti, Neptunes spiċċaw jilagħbu mingħajr Jordan Camilleri li spiċċa “fould out.”

Segwew Ben Plumpton kif ukoll Paul Fava għal San Ġiljan biex fl-aħħar sessjoni jispiċċaw f’parita numerika hekk kif spiċċa bilqiegħda ukoll Jeremy Abela.

Waqt din il-logħba spikkaw bosta plejers miż-żewġ naħat fosthom il-goaler ta’ Neptunes Alan Borg Cole tant li kien hu li żamm lit-tim ta’ Balluta fil-logħba hekk kif salva xejn anqas minn 3 penalties. Min-naħa tagħhom San Ġiljan kellhom lill-Captian Matthew Zammit li ma ħafirx u għamel ċert li jisfrutta kull ċans li jiġieħ tant li irnexxielu jissupera lil Borg Cole 4 darbiet.

Intant ilbieraħ mar-rebħ ta’ 12 il-knock out ġiet fi tmiema il-karriera tal-player Ġiljaniż Paul Fava fejn qabel il-logħba ġie ppreżentat bukett fjuri mill-president ta’ San Ġiljan Peter Bonavia.

Mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni Valletta ukoll akkwistaw id-double hekk kif fil-finali tan-Knock out kontra Marsaskala rebħu 16-6.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com