Sant’Antnin Jispiċċa Bla Ras F’Att Vandalu

 Sant’Antnin Jispiċċa Bla Ras F’Att Vandalu

Persuna jew persuni mhux magħrufa vvadalizzaw statwa li tinsab fil-Park tal-Familja f’Marsaskala.

Dan hekk kif statwa ta’ Sant’Antnin li tinsab proprju ħdejn il-Kappella ta’ ħdejn il-Park tal-Familja f’Marsaskala spiċċat bla ras.

F’messaġġ fuq Facebook il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala esprimiet id-dispjaċir li għandha wara li sar dan l-att vandalu.

Spjegat kif se jkunu qed jagħmlu ħilithom biex din l-istatwa tiġi rrestawrata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com