Saq Bi 30 KM Fil-‘Fast Lane’ Triq Sħiħa Minn Ħaż-Żebbuġ Sar-Rabat… Qatt Ġratilkom?

 Saq Bi 30 KM Fil-‘Fast Lane’ Triq Sħiħa Minn Ħaż-Żebbuġ Sar-Rabat… Qatt Ġratilkom?

L-Ex-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi iddeskriviet din il-kategorija ta’ nies bħala “certified idiots”… qed nirreferu għal dawk li jsuqu bil-mod fil-fast lane.

Mizzi saqet minn Ħaż-Żebbuġ għar-Rabat wara sewwieq li kien qed isuq fil-fast lane bi 30 kilometru fis-siegħa. Kitbet li għalxejn daqqitlu l-ħorn u xegħlitlu d-dwal għax anqas biss irealizza.

Iddeċiedt li tibqa’ warajh ħalli tara jirrealizzax iżda… malli qalgħetu u pruvat turieh li kien fil-karreġġjata żbaljata, bħal donnu ċċassa lejha qisu ra xi aljen.

Din tiġri spiss… Sfortunatament, jekk tiġbed l-attenzjoni jkun hemm ħafna drabi jew: 1. min joffendik, 2. min joħodha kontrik għax ma jammettix li hu jkun qed jagħmel ħażin, jew 3. jagħmel apposta malli jisma’ ħorn u jibqa’ hemm biex jaħarqek! Qed ngħidu sewwa??

Irridu niftakru li sewqan eċċessiv huwa ħażin u daqstant ieħor, sewqan lajman iżżejjed u jera’, f’karreġġjati żbaljati!

Ritratt: Facebook/ Marlene Mizzi

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com